asroma1927 core de sta citta
Guest
|
Post by asroma1927 core de sta citta on Feb 1, 2010 17:45:01 GMT 1
Illum l-1 ta' Frar, ezattament 37 sena ilu, jien u 5 membri ohra fundaturi waqqafna r-Roma Club Malta.
Meta nhares lura ghal dawn is-snin kollha, niftakar f'tant u tant attivitajiet li saru kollha bi skop wiehed dak li nkattru l-imhabba ghat-tim ta' Roma f'Malta u Ghawdex. Ilqajna u zorna dirigenti u plejers romanisti tul dan iz-zmien kollu, urejna s-support totali taghna anke meta Roma ghaddew minn zminijiet anqas felici u ta' dan Roma Club Malta huwa wiehed mir-Roma Clubs l-izjed mahbuba mis-socjeta` u t-tifoseria romanista.
Minn sitt membri fundaturi illum nghoddu qrib il-250. Dan kollu kien possibli bl-istinkar ta' diversi kumitati li kollha taw u qeghdin jaghtu l-kontribut taghhom sa llum.
Nifrah lill-President, il-Kumitat presenti u l-membri kollha tal-Club ghal dan l-anniversarju u nheggighom ikomplu jressqu aktar maltin ta' twemmin romanista lejn il-Club taghna.
Qabel naghlaq nixtieq nappella lill-membri li soltu jidhlu f'din il-website ufficjali tal-Club : ippartecipaw aktar f'dan il-forum billi tibghatu regolarment il-kummenti taghkom u b'hekk inkunu f'qaghda li niddiskutu dwar l-andament tat-tim favorit taghna.
GRAZZI ROMA CLUB MALTA U FORZA MAGICA ROMA!
|
|
|
Post by Ray Sant on Feb 1, 2010 22:58:49 GMT 1
Ahna lkoll kburin li writna minghandkom klabb haj mibni fuq sisien sodi. L-ghan ewlieni taghna huwa li nkomplu nkabbru l-familja romanista gewwa gziritna. Wara hafna snin qedghin nahdmu ghat-tibdil fl-istatut u meta dan jitlesta jitressaq ghad-diskussjoni u approvazzjoni fil-laqgha generali li jmiss. Dan juri bic-car prova tad-dinamizmu u hegga genwina biex nissuktaw inkabbru l-gieh tal-klabb taghna. Naghlaq billi nheggeg lill-membri kollha jattendu aktar spiss il-klabb biex naraw lkoll flimkien il-partiti tat-tim tar-Roma. Qed ninnota li fil-partiti hekk msejha 'kbar' qedghin inkunu numeruzi,izda f'partiti 'facli' fuq il-karta qed ikollna attendenza fjakka! Dan m'ghandux ikun...peress li kull partita hija mportanti. Inselli ghal kulhadd u FORZA STRAMAGICA ROMA SEMPREEEEE
Dejjem Taghkom
Ray
|
|
|
Post by lalupa1927 on Feb 3, 2010 18:13:33 GMT 1
Ninghaqad ma' asroma1927 core de sta citta u l-President biex nawgura lill-Kumitati precedenti u dak prezenti f' gheluq is-37 sena mit-twaqqif ta' dan l-club.
Rigward ghada, nawgura rebha tajba lit-tim taghna li tista' titfalna sieq wahda gol-finali.
Wasal l-iktar mument krucjali tal-istagun peress li fi Frar ghandna loghba kull erbat ijiem. Pero' m'ghandniex naqtghu qalbna.
FORZA LUPI!!!
|
|