|
Post by ta pataw on Oct 25, 2005 6:37:40 GMT 1
Peress li ppruvajt kemm il-darba incempel il-bierah u ma stajtx naqbad fuq smash,nixtieq nwiegeb lil Steve tal-Lazzio minn fuq il-forum taghna. 1}Nista nkun naf kemm ma tnizzlux int lil Totti?Jien naf ghalfejn,ghax int tohlom biss li jkollkom wiehed bhalu.Tghid mhux ser nhalltu ma dak il-friza Di Canio(sewwa qallek Leli). 2)Int jaqaw rajt xi partita ohra differenti milli rajna ahna?L-arbitro kien maghna ghidt inti.Jien nahseb ahjar tkellmu lil tas-satellita ghax qed turi hazin.Ghandkom il-hsara fiha 3)Wahda fuq Cufre ukoll.Jien nixtieq li kellna xi 5 ohra bhalu,mela tghid li Cufre hu player medjokru,Sur Steve! Mela oqghod kwiet Steve,u ikteb fil-forum taghkom.Hallih ghar-Romanisti biss dan il-forum Sahhet u dejjem STRAMAGICA ROMA.PROSIT LELI...SIMPLY THE BEST
|
|
|
Post by Demm ibaqbaq on Oct 25, 2005 15:19:15 GMT 1
Lil dak tal-lazio,irrid nghidlu li meta semma li matul il-gimgha ta qabel id-darby,kien hemm xi sapporters li dahlu u attakkaw prezentatur ta radju privat go Ruma,nesa jghid li kienu sapporters tal-lazio.
Tghid hargitlu minn rasu,miskin?
|
|
|
Post by GAMRI ZZEBBIEH on Oct 26, 2005 12:17:03 GMT 1
Tqassima perfetta ta' Cesar lejn Rocchi li minghajr ezitazzjoni xehe il-ballun fix-xibka ghad-draw tal-Lazio. Sa hawn ma nqala xejn specjali. Issa gej il-buzillis Sur Steve tal-Lazio. Ismaghha gejja. Rocchi mar quddiem il-kurva u b'idejh ma' WIDNEJH beda jinsulta lil xi hadd. Hija hasra li ma nafux lil min! It-tim taghna hareg il-Belt biex jaghmel Vox Pop u jara x'jahseb Cikku l-Poplu. Temmnu li hadd ma taghna risposta wahda, kulhadd isaqsina min huma l-Lazio? Dawk li damu 11 il-sena fis-serie B, Dawk li l-bandiera taghhom (di Canio) gera ma xi 12 il-tim u fi xjuhitu rega lura, Dawk li rebhu lil Inter fil-5 ta' Mejju 2002, insomma ma hadniex risposta wahda................ Ahna u nippakkjaw l-affarijiet gie ragel xwejjah fuqna u staqsiena jekk konniex qed nahdmu xi film. Ahna dhaqna u pruvajna nfiehmuh daak li kellna f'mohhna u hu tbissem. Qalilna li kien supporter tal-lazio. Stqarr li ma tantx kien jifhem fil-football pero li xtaq jghaddi xi kummenti dwar it-tim favorit tieghu. U ahna bil-mikrofonu ahmar u isfar taghna hallejnih jitkellem. Tkellem dwar il-prezz tal-fuel, tkellem dwar l-Ewropa, tkellem dwar il-karozzi tal-linja pero dwar football ma semmielna xejn. Meta waqa l-kliem dwar il-klandestini ma riedx jitkellem hafna ghax qalilna li bhala Supporter tal-lazio hu razzizt immens. Sahansitra qalilna li jemmen li Liverani qatt ma kellu jilbes dak il-flokk Celesti. Ara x'mentalita'! Dwar id-derby ma ried jikkummenta xejn ghax id-dar ma kellux dawl allura ma rahx. U lanqas li kellu d-dawl ma kien jarah ghax qalilna li fis-sitta kien diga qieghed fis-sodda. Sahha Nann! Grazzi tal-Kummenti tieghek .............zomm ftit............stenna naqra .............aspetta man........................... .............kont qed nohlom jien.............. din kienet holma sabiha ta wara d-derby............u bdejt nghid jien! Dak ix-xih tal-holma bdejt inxebbhu ma xi hadd! u Zgur dak Steve tal-Lazio, dak li jidher fuq l-ismash tv u gieli fuq channel 47 ukoll! u Mela.....dak hu. Dak it-tezorier tal-lazioclubmalta u li jikteb l-artikli fuq il-magazine Lazio Forever. SAHHA STEVE U PLS META TMUR FUQ IT-TV TKELLEM FUQ FOTTBAL SERJU U MHUX FUQ DI CANIO......CALCIO THRASH
|
|
|
Post by steve izzghir on Oct 27, 2005 8:12:27 GMT 1
Ha nghidlek sur Rizzo li tbiddel in-nicks biex timla l-forum immexxi minnek. Ghandke dritt kollu ma taqbilx ma li nghid fuq it-tv, pero m’ghandekx dritt toqghod titnejjek biha ghax int ma tafniex personalment u lanqas jien ma nafek.
Ilbierah rajt repetizzjoni tal-program halli meta nirrispondik inkun car fuq dak li ghedt fil-programm. Jien bdejt billi ghedt illi kemm totti u dicanio l-atteggamenti taghhom barra u fil-grawnd ma tantx jaghmlu gid ghal futbol. Li ghedt kontra Totti u illi minkejja li teknikament tajjeb (irrid inkun ghami biex ma nindunax) pero’ jigi wisq protett mill-media u mir-refs (ghax jaqa hafna ghal xejn b’xejn). Dwar l-ezultanza tieghi ghedt illi kellu dritt jifrah kif irid anke jmur taht il-curva lazjali (by the way ghadhom jistennewh) pero jekk is-sena l-ohra di canio ghamel hazin li mar taht is-sud l-istess ghal totti kieku mar. Pero l-gurnalisti rumani li huma iktar pro-roma ghogboithom l-inizzjattiva li ried jaghmel totti, ghalkemm kieknet provokatorja lejn il-lazjlai.U din ma kienitx l-unika wahda ...insejta tal-vi ho purgato. Int u shabek ghadkhom id-difett li thobbu lil Totti iktar mir-roma u jekk tmissulkom tintilfu!
Jien ukoll kien hemm hin fahhart il Kuffour illi annulla lil Di Canio u kien vera sportiv waqt il-loghba. Iddefendejt sa certu punt il-pubbliku ruman meta l-prezentatrici bdiet titfa dell ikrah fuq il-partitarji rumani kollha, ghalkemm ghidt illi r-roma probabli jlaqttuha imma gitkhom tajba.
Fuq cufre jiddispjacini nghidlek illi nahseb intkhom ghamja ghax vera kissru lil Behrami u filfatt ilbierah ma lghabx ghax imwegga. Jien qatt ma ghidt illi plejer medjokri ghidt li mhui xi gustuz u jsawwat..nafu kemm s-sena l-ohra sawwat anke lil Del Piero.
Waqt il-programm cempel ukoll romanista li qal illi ma tistax tikkumpara lil Totti bandiera ma Di Canio bandiera ghax di canio gie mal-Lazio xih. Ta’ min jghid illi di Canio huwa prodtt Lazjali u iddebutta mal-Lazio 1987. Meta sploda bhal talent zghazugh gew ghalih il-Juve u il-Lazio ma setghux jitilfu l-opportunita li jdahhlu naqra flus. B’hekk di canio kellu jitlaq kontra qalbu. Totti kien lucky illi nzerta zmien fejn ir-Roma kienu b’sahhithom finannzjarjament ghax kieku kien jinbiegh.Min jaf x’se jigrilu fil-futur?
Fuq Leli jekk ma tafx wara l-programm ghamilna xi kwarta nitkellmu flimkien u hadt pjacir nisimghu jirrakkonta fuq kemm ihobb ir-roma. U minekjja li waqt il-programm ma qbalniex f’kollox pero kienet klima ta’ hbiberija.
Jekk ma tafx jien hadt hsieb illi il-club taghna jaghmilkom tarka meta ftahtu l-klabb f’Haz Zabbar u kont jien li mort personali nigborha il-gudja u nghadiiha lil Esther..tista tikkonfermalek hi stess. Filfatt konna l-unika klabb illi gie flimkien ma l-arsenal. Dak in-nhar ma gejtx personalment ghax ma stajtx u ma kont niddejjaq hekk hu hekk Leslie habib tieghi u naf anke lil Ray. Meta niltaqa’ ma Leslie dejjem ninkih ftit bir-roma u s’hemm naslu. Allahares noqoghdu niehdu ghalina b’naqra sfotto. Tghidx mhux ser niksira u najjar personali lil kull min jobghod il-Lazio. Kieku lil Antonello ma mmurx il-programm tieghu ghax naf li hu anti-lazjali sew. Mhux kulhadd ghandu tim favorit u iehor li jobghod!
Rigward il-klabb qed tifrah gustament li twaqqaftu 27 sena qabel taghna. B’hekk gejn draw ghax il-Lazio twaqqfu 27 sena qabel ir-roma. HAPPY HEKK? Issa il-kumitat il-gdid tidru hadtu ir-ruh u wara iktar minn 30 sena iddura ma Malta sibtu post. Nemmen li tibqghu hemm ghax il-familja Schembri nies mill-ahjar..ghalkemm mhux romanisti.
Nistednek l-ewwel darba li tkunu mistiedna fuq t-tv tigi personali..jew tajjeb biss ghal wara l-keyboard!
|
|
|
Post by Roma 32 inter on Oct 27, 2005 10:30:05 GMT 1
Emminni ma nafx ghaliex lili ndirizzajtni bhala Rizzo! Jien minix kunjomi Rizzo. Ismaghni Steve. Minix se niehu hafna fit-tul. L-ewwel haga ghandi idi tugaghni ghax il-bierah mal-perla ta' Totti tajt daqqa fuq il-mejda u fekkikt subaja, u b'hekk ma tantx nista nittajpja sewwa. Bhala supporter Laziale, ma tantx hemm wisq x'taghmel u xi tghid. Jekk is-supporters ikunu kollha bhalek u bhali ma jigrux incidenti bhalma jigri fil-grounds imma dak apparti. Jien ma mmurx fil-programmi bhalek mhux ghax nibza nitkellem jew ghax nisthi, imma minhabba problemi li ghandi f'ghajnejja, u d-dawl tal-cameras iweggaghli ghajnejja. Jien nistqarr li meta jekk Alla jrid nehles mill-problema ta' ghajnejja immur fuq it-tv u nitkellmu dwar xiex trid u ghal kemm hin trid! Anzi, biex nurik kemm jien ragel inwieghedek li ma nsemmix il-11 il-sena li domtu fis-Serie B. Ahna vera domna 30 sena nduru minn post ghal iehor sakemm wasalna Haz-Zabbar, imma kull fejn konna dejjem unur lil post ghamilna. Ara Di Canio, bil-kontra. Dak ghamel 20 sena jdur minn tim ghall-iehor, u kulhadd l-istess kelma: "kemm hu kiesah". Issa dwar Totti. Jien ma nzommx ma Totti imma mar-Roma. Anzi mal-A.S. Roma, tim li jinsab fir-regjun tal-lazio. Issa dwar Totti ma tantx hemm wisq xi nghid. Simply the Best, and don't even think about the rest! Meta tajniekom hamsa tghidx kemm qbizt dakinhar! Bdejt noghla qisni ajkla. Dik ma tnizzluha qatt. U l-kbir ghadu gej!
|
|
|
Post by Julian Rizzo on Oct 27, 2005 16:13:10 GMT 1
Ha nghidlek sur Rizzo li tbiddel in-nicks biex timla l-forum immexxi minnek. Ghandke dritt kollu ma taqbilx ma li nghid fuq it-tv, pero m’ghandekx dritt toqghod titnejjek biha ghax int ma tafniex personalment u lanqas jien ma nafek. kemm niccara naqa li jiena meta nikteb nuza l-username tieghei u mhux nome de plume. Haga ohra hi li l-programmi fuq l-ismash jien ma nsegwijhomx ghax dak il-hin ikolli mpenji ohra. Haga ohra jekk minghalik li dil-website mhijiex segwita minn mijiet kbar sejjer zball wkoll. Dan x-xahar li ghadu ma spiccax kenna 995 visits minn 540 user differenti u minn kull rokna tad-dinja.Minn Gunju l'hawn dejjem zidna fil-visits xahar wara xahar. Il-magazin taghna Daje Roma li ilu biss online xi gimghatejn gie ddownloadjat 70 darba. Jekk trid prova ta dan haga zghira [glow=red,2,300]DAWN HUMA N-NUMRI TAR-ROMA CLUB MALTA[/glow]
|
|
|
Post by ASR on Oct 28, 2005 7:07:25 GMT 1
ghidlu, Julian, ghidlu ghax hasbuna li qed nitkarrbu l-karita tal-Lazio.
Aktar ma jidhlu fil-website taghna, aktar jaghtuna porvli biex naharquhom.
Roma + Totti - lazie = NUN C'E` PARAGONE
|
|
|
Post by censu Pariri on Nov 16, 2005 19:43:01 GMT 1
qed nara li hemm pika mhux hazin bejn z zewg clubs ta ruma u anke bejn websites takhom......... jien dhalt kemm fil forum tal lazio u anke hawn kemm l darba u li nnutajt u li f tal lazio club malta ( l forum) jinbidlu u jitrangaw hafna affarijiet ta spiss, u hawnekk ma jinpruvja xejn. bhall ma tajt pariri lill tal lazio niextieq nghamel listess hawn by the way jien nixtieq nibqa anonimu imma xogholi fuq dawn t tip ta forums anke ghamilt forums lill xi web site wkoll
pariri .zidu aktar topics halli n nies li jithlu jkollom fejn jiktbu qasmu malta inglis u taljan go areas ghalijom .topics bla sugu ta xejn li qed nara hafna hawnekk jrid ikun hemm moderator halli jghalaqom malajr kemm jista jkun .jekk dan huwa club tar roma thallux nies juzaw nicknames bhall laziale etc... .regoli jrid ikun hemm dejjem go forum, min ma jobdijomx barra .ghamlu areas fejn wiehed ikun jista jikteb fuq l futball kollu imma ghamluwa cara li basta ma jsemmux xi haga kontra r roma .avatars importanti jekk tridu ghinuna ghiduli .ritratti wkoll .nicknames mill listess user ahjar ma tghamlux ghax mill lingwag tal kitba jintaraf xorta .u hafna aktar l importanti uzaw l immaginazjoni rumana u l post jissebah zgur, grazzi u skuzawni jekk ma kellix nikteb f din l parti imma ma sibtx fejn nista naqbad dan l argument u ma xtaqtx niftah topic iehor halli ma jaqrahx kullhad, nisperaw li taccetaw l pariri tieghi s sebhu dan l forum ghax dejjem qed jizdiedu t tgerfix ta topics ghalkemm jien nzomm mar real madrid xorta nghidilkom forza roma bhal ma ghidt lill tal lazio wkoll jekk bhala forum tuzaw l phbb hafna ahjar
|
|
|
Post by Julian Rizzo on Nov 16, 2005 22:08:01 GMT 1
grazzi tal-kummenti kostruttivi tieghek li zgur ha jigu mehuda fkunsiderazzjoni halli dejjem nkomplu ntejbu l-grafika tas-site.
|
|
|
Post by KelDizalt on Oct 9, 2019 9:55:02 GMT 1
Cialis 5 Mg Effetti Cytotec Avec Ou Sans Ordonnance Propecia Libido Low Testosterone Cyotec Oregon
|
|