|
Post by julianvassallo on Jun 7, 2005 18:54:43 GMT 1
Filwaqt li inselli ghal giallorossi kollha Maltin, nixtieq niehu spunt mil-laqgha ta' nhar il-Hadd rigward il-magazine Daje Roma.
Kif tenna tajjeb wiehed mill-membri, dal-link ta' bejnietna importanti li nkompluh u nzommuh fuq l-istess livelli gholjin li jinsab fihom grazzi primarjament ghall ex-president habrieki Noel Enriquez, li bix-xieraq gie mahtur president onorarju.
Nittama li jigi mwaqqaf bord editorjali, jekk hadd m'ghandu il-hin necessarju jghamilha ta' editur, biex inkomplu fejn halla Noel. Nahseb, ghal min forsi kellhu xi dubju fuq ix-xoghol u d-dedikazzjoni ta' Noel lejn il-club, issa ha nkunu nafu verament kemm xoghol jinvolvi magazine ta' din ix-xorti.
|
|
|
Post by romana on Mar 29, 2007 19:06:12 GMT 1
Jien dhalt membru ricentament (fil-bidu ta' 2007) u ghogbitni hafna l-idea li jkollna magazin ghal klabb. Fil-fatt, qed nipprova noffri l-ghajnuna tieghi lil Ray (li s'issa ghogbitu l-idea tieghi). Kull ma jonqos huwa li ikolna iktar artikli minn persuni differenti
|
|