|
Post by Robert Busuttil on Jun 7, 2005 20:09:21 GMT 1
L-ewwel net nixtieq nirringrazja lilkhom il-membri li kontu prezenti waqt il-laghqa Generali, u ghal membri kollha li ghal xi raguni jew ohra ma setawx jattendu ghal laqgha.
Imma b'moghod specjali nrid nirringrazja lil membri tal-kumitat ta qabilna, specjalment lil ex president is sur Noel Enriquez li serva bhala President ghal 32 sena bl' akbar dedikazjoni ghal dan il-club, ma nistax noqod insemmijhom wiehed wiehed ghax ninsa lil xi hadt.
Erba kelmiet zghar fuqi ghal min ma jafnix. Jien Robert Busuttil ghandi 30 sena mizzewweg u ghandi tifel. Jien f'hajti l-akbar zewg affarijiet huma l-ewwel il-familja u wara ir-Roma. Nahseb li saret li saret aktar min delizzju ghalija r-Roma. Jien nixtieq li bhala Roma Club Maltanikbru halli l-familja Romanista Maltija tikber u naghmlu dan meta nintaqaw kemm waqt loghob kif ukoll waqt attivitajiet.
Nixtieq li min ikollu xi suggeriment iwasslu lili jew il xi hadt tal- kumitat ghax dan huwa l-aqwa moghod li kull membru jista jghajn.
Irrid nirringrazja lil shabi tal-kumitat tal-fiducja li wrejtu fijha u jien min naha tieghi nwedkhom li ha nahdem maghkhom bl'ahjar moghod li nista.
Nispicca billi nirringrazja lil familja tieghi tal-pacenzja li jiehdu bija, ghax jien meta nkun id dar jew fuq it tv jew computer jew ir radju dejjem fuq ir Roma tismani nitkellem.
Grazzi dejjem Forza Roma Robert Busuttil Vici President
|
|