|
Post by Karl Parnis on Jun 27, 2005 20:32:58 GMT 1
Gheziez Giallo Rossi,
Ilni ftit ma nikteb izda ghalkemm ma tantx qed nikteb fuq dan is-site, l-uniku mument free li qed ikolli qed nghaddieh nahseb kif u fejn se jkollna dan l-imbierek klabb. Suppost resqin u ghaddejin bit-tahdidiet, nisperaw li jekk hu mnalla nirnexxu. Nixtieq naghti merhba lil shabi l-godda fil-kumitat u nirringrazzji lil dawk kollha li hdimt maghhom. Nispera li dak kollu li tghallimt mill-kumitati ta' qabel naghddieh u nkun ta' gwida pozittiva f'dan il-kumitat. Bhas-soltu nheggeg lill-membri li jekk ikollhom xi lment, ma' jiddejqux u javvicinawni biex b'hekk inkun qed naqdi dmiri seww bhala membru tal-kumitat!
Nheggeg lil dawk kollha biex jigu B'Bugia u jaghtu s-support lit-tim tar-ROMA CLUB MALTA.
Filwaqt li nsellimlkom nawgura lil kulhadd sajf ta' divertiment u mistrieh.
Karl Parnis PRO
|
|