|
Post by Ray Sant on Mar 8, 2006 13:41:03 GMT 1
Kif intom,hbieb? Bhalissa qed insegwi radju privat ta' Ruma u qed jghidu li minn sorsi li tista' torbot fuqhom,il-Milan iridu b'sahha lid-difensur rumen Chivu u lesti jaghtuna lil Jankulovski u Inzaghi tieghu!!! Intom x'tahsbu? Jien personalment naqbel ma' dawn it-trasferimenti u nispjega ghalfejn. Naghmilha cara li Chivu hu plejer kbir,pero' huwa fatt ukoll li jkun imwegga' spiss.Haga li hi favur tieghu hi l-eta zghira. Pero jien lest li narah bi flokk differenti ghax mohhi mistrieh li Mexes-Kuffour huma koppja affidabbli. Jankulovski...kulhadd kien jammirah meta kien jilghab taht Spalletti u nemmen li jekk jerga' jibda jilghab taht dan il-kowc bravu taghna jerga' jkun protagonista.Inhoss li plejer bil-karatteristici tieghu ghandna bzonnu. Fl-ahharnett xi nghidu ghal Super Pippo Inzaghi. Forsi tghiduli hemm l-eta(33 sena) pero' jien nghidilkhom li jkun ferm utili ghall-attakk romanista!!!Jien xorta wahda rrid attakkant iehor(tipo Iaquinta jew Vucinic)flimkien mieghu,ghax fl-opinjoni tieghi Montella qabad it-triq tan-nizla. Dejjem jekk il-bagit ta' Sensi jippermetti Insomma jaf hu holm biss....pero' billi nohlom ftit ma jiswiniex flus Inselli ghalikom u nixtieq lil kulhadd hafna gid Dejjem Forza Roma L-isbah xewqat lin-nisa kollha f'Jum il-Mara, Ray Sant [img src="http://www.chivu4.altervista.org/Chivu4[foto_grandi]/chivu_bott.jpg"]
|
|