|
Grazzi
May 25, 2009 9:46:25 GMT 1
Post by lantijuve on May 25, 2009 9:46:25 GMT 1
Nixtieq nirringrazzja lil dawk li il-bierah gew il laqgha generali u taw il-kontribut taghhom billi esprimew l-ideat atghhom maghna biex ahna nkunu nistghu nahdmu fuqhom Grazzi ghal darba ohra ex Segretarju J.Azzopardi
|
|
|
Grazzi
May 25, 2009 19:10:26 GMT 1
Post by Ray Sant on May 25, 2009 19:10:26 GMT 1
Gheziez huti romanisti, Nibda biex nirringrazzja minn qalbi lill-membri tal-Kumitat il-gdid li wrew fiducja shiha fija,w eleggewni ghal darb’ohra president ta’ dan il-klabb storiku!. Xtaqt nirringrazzja hafna wkoll tax-xoghol siewi li ghamlu dan l-ahhar zmien, lill- Vici President Emanuel Borg,kif ukoll lill-assistent kaxxier Tony Caruana li iddecidew ma jikkontestawx ghall-Kumitat il-gdid minhabba ragunijiet diversi. Jien konvint li huma ser jibqghu jkunu ta’ ghajnuna ghall-klabb taghna meta jkun possibli. Emanuel Borg gie mahtur Membru Onorarju ghall-ghomru bhala rikonoxximent tal-hidma enormi li ghamel tul il-kariga tieghu,minkejja d-diffikultajiet kbar fizici. Grazzi ta’ kollox Leli.Jien personalment mhux ser ninsa qatt il-pariri siewja li dejjem tajtni. Kuragg siehbi Leli…ahna lkoll warajk!!! Rigward il-Kumitat il-gdid,ninsab kuntent li l-membri minn sebgha zdiedu ghall- hdax. Grazzi Joseph,Ernest,Ronnie,Judith,Romina,Liliana,Nicky,Adrian,Kevin & Victor. Perswaz li lkoll kemm ahna sejrin nahdmu bhala familja wahda,biex ilkoll flimkien intejbu l-operat ta’ dan il-klabb li huwa tant ghal qalbna. Nifrah lil Gorg Peresso li issieheb maghna bhala membru fl-okkazzjoni tal-Laqgha Generali Annwali. Naghlaq dan il-messagg billi nwieghdkom impenn totali minn naha tieghi bhal ma kienu l-erba’ snin precedenti. Nawgura lill-membri u l-familjari taghhom Sajf rilassanti u dak kollu li tixtieq qalbhom. Rigward it-tim tar-Roma,nispera li minn Lulju li gej l-affarijiet jibdew imorru ferm ahjar minn dan l-istagun. Nahseb mhux qed nitlob hafna hux???
Dejjem Taghkom,
Ray
|
|