|
Post by Julian Rizzo on May 8, 2007 20:36:09 GMT 1
Ghaziz membru nixtieq ninfurmak li l-Laqgha Generali Annwali ghas-sena 2007 ta’ Roma Club Malta ser issir:-
Data: Il-Hadd 3 ta’ Gunju 2007
Hin: Fl-10 ta’ filghodu
Post: Fis-sala tal-klabb f’numru 100,Triq il-Grazzji,Zabbar.
Agenda:
Ø Qari tal-minuti tal-Laqgha Generali 2006.
Ø Diskors tal-President.
Ø Approvazzjoni tad-diskors.
Ø Rapport Finanzjarju- Sena 2006/7.
Ø Approvazzjoni tar-Rapport Finanzjarju.
Ø Emendi ghal-Istatut
Ø Xoljiment u hatra ta’ Kumitat Gdid u zewg Awdituri
Ø Affarijiet ohra.
In-nominazzjonijiet ghal hatra tal-Kumitat il-gdid jaghlqu fl-24 ta’ Mejju 2007.In-nomina ghanda tintbaghat lis-Segretarju f’numru 1,Sveno Triq N.Cottoner,Lija ( fabrizio.festari@gmail.com).
Is-soci kollha jistghu jattendu l-Laqgha Generali izda dawk li jkunu lura fil-hlas ta’ shubija jew dawk li jkunu membri ghal anqas minn sitt xhur, ma jistghux jiehdu sehem fil-Votazzjoni. Qabel tibda il-Laqgha, jinghata c-cans biex wiehed ihallas l-arretrati tieghu. “Soci juniores” jigifieri, dawk li ma ghalqux 18-il sena, m’ghandhomx dritt ghall-vot.
Il-presenza tieghek ghal din il-Laqgha hija ferm apprezzata.
Sig.Fabrizio Festari
Segretarju Roma Club Malta
|
|
|
Post by Ray Sant on Jun 4, 2007 21:40:13 GMT 1
Nixtieq nirringrazzja lil kull min attenda ghal din il-laqgha. Nghid grazzi wkoll lil Leslie Farrugia,Fabrizio Festari u Christian Borg tal-hidma taghhom tul dawn l-ahhar sentejn.Ghalkemm mhux ser jibqghu jaghmlu parti mill-Kumitat il-gdid,nemmen li xorta wahda ser jibqghu jkunu ta' ghajnuna ghall-klabb taghna. Niehu din l-opportunita' biex nifrah lil Ronald Naudi,Ernest Mifsud,Judith Schembri u Tony Caruana li ser ikunu l-membri godda f'dan il-Kumitat il-gdid.Nawguralhom minn qalbi kull success f'hidma siewja ghall-gid tal-klabb taghna.
Naghlaq il-messagg tieghi billi nsemmi l-problemi li l-Kumitat ifaccja f'dawn l-ahhar sentejn ta' rizenji,li b'ghaqal gew superati bl-aktar mod effettiv u gust.Nispera hafna li l-Kumitat il-gdid ma jkollux dan it-tip ta' problemi.
L-ghan ewlieni tal-Kumitat il-gdid huwa li ntejbu l-facilitajiet ezistenti fil-klabb u li naghmlu r-Roma Club Malta centru ta' rikreazzjoni ghall-kulhadd.Izda dan l-ghan jista' jintlahaq biss bi tmexxija ghaqlija,dedikata u li jitlob sagrificcji kbar kemm mill-membri kollha tal-Kumitat kif ukoll mis-soci kollha msiehba. Nerga nappella ghal aktar partecipazzjoni mill-membri kollha f'kull attivita' socjali li jorganizza l-klabb taghna.Ahna ghandna bzonn l-ghajnuna ta' kulhadd.Ftakru dejjem,li f'dan il-klabb kulhadd ghandu kontribut x'joffri.
Fl-ahharnett nawgura lil kulhadd Sajf ta' mistrieh u divertiment.
Tislijiet,
Ray
|
|
|
Post by Judith Schembri on Jun 6, 2007 8:05:05 GMT 1
Nhar il-Hadd, 03 ta' Gunju 2007, jiena ghandi l-unur li nghid li bdejt nifforma parti mill-Kumitat il-gdid (2007 - 2009) tar-Roma Club Malta bhala kaxxiera.
Nirringrazzja lil Ray Sant li hu il-President u lill-kumplament tal-Kumitat u tal-membri li tawni ic-cans li nkun ta' ghajnuna ghall-Club.
Ma nistax ninsa li nirringrazzja lil Leslie li ghamel is-sentejn bhala kaxxier qabli.
Jiena ninsab certa li issa li hemm Kumitat gdid ghal dawn is-sentejn li gejjin, ahna
- ghandna nkunu certi li l-Club jimxi l-quddiem, - ghandna nkunu ta' ezempju ta' ghaqda u ftehim ghall-Clubs ta timijiet ohra, - u nuru li r-Roma Club Malta hu l-aqwa Supporters Club li hawn Malta.
Allura hbieb tieghi, ghandna Kumitat gdid b'interessi u idejat godda.
Ghinuna halli ahna nkunu nistghu naghtu s-servizz taghna lilkom il-membri kif inhu xieraq u kif suppost.
Nirringrazzjakom minn qalbi
Judith Schembri Kaxxiera
|
|
|
Post by Toni Caruana on Jun 6, 2007 19:59:47 GMT 1
Jien ukoll nirringrazzjakom talli accettajtuni u inhossni kburi li nifforma parti minn dan il-kumitat li jiehu pacenzja bina il-membri;u tal-qabza li ghamel il-club taghna,li mahna inferjuri ghal hadd.Jien li inkun membru fil kumitat huwa ta challenge kbir ghalija.Ha nkun ta ghajnuna ghal club li jien nhobb hafna;biex fliemkin nzommu dal club taghna Roma Club Malta haj! Grazzi mill gdid Toni
|
|
|
Post by ERNEST on Jun 7, 2007 22:37:45 GMT 1
Niextiq nibda billi nirigrazzja lil dawk li attendew il-laghqa generali ghal kemm jien nemmen li bhala club ghandna hafna u hafna aktar membri. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li b'xi mod ghenu lil dan il-club ghal qalbna u nixtieq nirringrazzja lil dawk li kienu membri fi hdan il-kumitat ghal din is-sena li ghadit u li ghal xi raguni jew ohra ma regux hargu biex jghamlu parti min dan il-kumitat.Nixtieq nghajd grazzi lil dawk li kienu u ghadhom fil-kumitat ghax xoghol siewwi li ghamlu u li ghad irridu jghamlu. Nixtieq nghajd grazzi ukoll lil dawk kollha li ghal xi zmien servew f'dan il-kumitat u fl-ahhar u mhux l-inqas nghajd proset lil dawk il-membri il-godda li hargu ghal kumitat.
inselli ghal kull membru ta' dan il-club
ERNEST
|
|
|
Post by Leli Borg on Jun 17, 2007 13:32:32 GMT 1
Jien naqbel ma dawk kolla li kitbu qabli.Jien sakemm Alla jibqa izzomm idejh fuqi,nibqa nahdem u nghin lil shabi kollha tal-kumitat.Nahseb li jekk kullhadd jigbed habel wiehed,nimxu hafna il-quddiem.Kif kulhadd jaf,jien peres li ghandi problema kbira ta sahha,gili ma nkunx nista nati l-ahjar tieghi,imma nwedkom li sakemm sahhti ittini nibqa nati dak kollu li nista lil club tar roma. Forza Roma,bye bye Lazio
Leli Borg Vici President
|
|