|
Zanetti
Dec 12, 2006 21:13:14 GMT 1
Post by Interist on Dec 12, 2006 21:13:14 GMT 1
Nibda biex nghid li jiena supporter Interist. Imma ma nistax ma nirringrazzjax pubblikament il-President tar-Roma Club Malta - Is-Sur Raymond Sant, tal- okkazzjoni li ta lilna is-supporters Interisti, waqt il-programm l-argument, permezz tal-intervista/messagg ma Javier Zanetti. Ghalkemm hija ovvja li bhala Interist fervent, kienet okkazzjoni sabiha hafna ghalina, ma nistax ma napprezzax il-gest sabih tas-Sur Sant - li zgur mhux Interist (!!) - li kien bis-sahha tieghu li ahna kellna din l-okkazzjoni. Minn qalbi nghidlu GRAZZI u vera inti ragel moderat li lest tikkopera anke ma min hu avversarju. Vera PROSIT u nispera li haddiehor jaghmel l-istess ma timijiet diversi. Niehu din l-okkazzjoni wkoll li jiena mhux l-ewwel darba li smajt l-interventi tas-Sur Sant fi programmi ohra u rrid nghid li dejjem kien car u tond fi kliemu u l-iswed dejjem qallu iswed u l-abjad abjad. Ghalkemm ma nissaportjawx l-istess tim, nixtieq nghid lis-Sur Sant biex jibqa sejjer kif inhu ghax jidher car li qed jaghmel bicca xoghol tajba hafna. Prosit ukoll tal-web site ghalkemm ovvjament, mhux kull ma jinkiteb fil-forum naqbel mieghu !
|
|